EDITH U L-HALLIEL

 

Embed or link this publication

Description

STORJA TA' TIFLA LI KKONFRONTAT HALLIEL BIEX TIDDEFENDI LIL OMMHA

Popular Pages


p. 1

1

[close]

p. 2

storja miktuba ghattfal minn.......... ...........FRANCES HODGSON BURNETT. Fil-qosor: Edith taghmel azzjoni erojka halli ma tinkwetax lil ommha. L-imgieba ta’ Edith trattab il-qalb ta’ halliel. X’jigri meta Edith tiltaqa’ wicc imb wicc mal-halliel? Aqra l-istorja : 2

[close]

p. 3

3

[close]

p. 4

KAPITLU 1 – HALLIEL JIDHOL FID-DAR TA’ EDITH Edith kienet tifla zghira kemmxejn misthija; ma kellha x’taqsam xejn ma’ tfal l-ohra ta’ l-istess eta’ taghha. Qatt ma kienet tilghab jew tigri mat-tfal shabha; kienet maqtugha ghaliha wahedha u la kellha hutha subien u anqas bniet. Madanakollu ma kienitx xi tifla ghazziena. Hinha kienet tqattghu mal-kotba ghaliex taghhom biss kienet habibha. Tghallmet taqra minn mindu kienet ghadha ta’ eta’ zghira u forsi din kienet wahda mir-ragunijiet ghala kienet habiha tal-kotba. Missierha kien kittieb tal-kotba u xoghlu kien editur ta’ gazzetta. Wiehed, allura, jista’ jahseb kemm kellu librerija kbira u vasta ta’ kotba fejn Edith kienet timrah ghal-sighat kbar matul jum. Kienet tghix gewwa Londra; ommha kienet ghadha zaghzugha u hafna minn hinha kienet tqattghu filhanut ta’ l-ilbies tipprova tbiegh kemm tista’ lill-klienti taghha. Missierha wkoll kien ikun nieqes mid-dar minhabba n-natura tax-xoghol tieghu u l-kuratrici kienet tmur biss filghodu biex tiehu hsiebha u tara l-bzonnijiet taghha. Minhabba f’hekk kellha hin bizzejjed li mhux biss taqra dak li jikteb missierha, izda ukoll l-gazzetti. Kienet thobb hafna l-gazzetti, ghaliex fihom hija kienet issib grajjiet kurjuzi. Stejjer, per ezempju, ta’ hwejjeg li kienu jsehhu kuljum filqalba ta’ Londra imma qatt fl-inhawi fejn kienet tghix. Bis-sahha talgazzetti sabet li kien hemm nies li jghixu billi jidhlu fi djar haddiehor u jgorru dak kollu li jghogobhom u qrat li dawn in-nies kienu jsejhulhom hallelin. Meta bdiet taqra fuqhom, dawn l-ahbarijiet impressjonawha. Kienet saret tibza’ tmur wahedha fil-kamra tas-sodda taghha bil-lejl u fuq kollox kienet thoss ghal dawn il-hallelin. “Nissoponi li hadd qatt ma ghallem lil dawn kif jghixu hajja ahjar,” hasbet Edith. Infatti tant hasbet fuq dawn l-hallelin li ghodwa wahda ghamlet xi mistoqsijiet lil missierha waqt li t-tnejn kienu qed jiehdu l-kolazzjoni. 4

[close]

p. 5

Hu kien qed jiekol l-hobz u jaqra’ fl-istess hin meta Edith staqsietu: “Papa, x’tahseb inti fuq il-hallelin bhala klassi ta’ nies?” Missierha qabez ‘l quddiem fuq is-siggu, tefa’ harsa fissa lejha u wegibha: “ EH, il-hallelin bhala klassi ! Ta’ min jibza’ minnhom binti. Ommok fejn qieghda? “ “Rieqda ghadha, papa. Ahjar ma nqajmuhiex ghalissa, “ qalet Edith. “ Ilfestin li ghalih marret dam biex spicca u jidher li ghajjiet hafna. Meta kont niezla ghall-kolazzjoni ttawwaltilha biex nara qamitx izda kienet ghadha rieqda. U issa xi tghidli fuq il-hallelin?” “Jekk trid risposta, hija din – huma nies ta’ qattani, nies bla qalb ta’ min jibza’ minnhom u joqghod ’l boghod minnhom.” “Allura ma hemmx hallelin tajba, missier,” staqsietu Edith. “Binti, il-hazin huwa dejjem hazin u qatt ma jista’ jkun fih tajjeb. Ilhallelin huma klassi ta’ nies hziena, bla qalb u ta’ karattru bla principju.” Ghal Edith dawn il-kliem kienu kliem li ma fehemitx u qaghdet tahseb fis-skiet. “Papa, Miss Lane, il-kuratrici tieghi, l-bierah kellmitni fuq xi tfal fqar li qatt ma tghallmu xejn; la Franciz u anqas muzika; u bil-kemm kemm kienu jafu jiktbu u qaltli li dawn it-tfal huma hekk ghax l-fortuna ma dahqitilhomx anzi tathom fuq wicchom. Forsi l-hallelin ghaddew minn dawn il-hwejjeg huma ukoll u l-hajja sawwtithom u li kieku ma kienx hekk dawn ma kienux ikunu hallelin.” “Edith,” wegibha missierha,” il-lezzjonijiet tal-Franciz u l-muzika huma ikel ghal mohh, jerfghuh ‘l fuq.” U bid-dahqa fuq fommu qalilha:” U inti kemm ghandek snin?” 5

[close]

p. 6

“Sebgha,” wegbitu Edith.” Sebgha u ser naghlaq tmienja.” Missierha ha nifs ‘l gewwa. “Ejja ‘l hawn, pupa tieghi,” qalilha missierha filwaqt li gibidha minn idejha. Qamet mis-siggu taghha u resqet hdejh, pogga idejh fuq ghonqha u wissiha: “Toqghodx thabbel rasek mill-hallelin, Edith.” “Kieku jiena nipprova, imma jidhirli li hemm xi wiehed tajjeb fost ilhallelin kollha hziena u jiddispjacini ghallhallelin l-ohra hziena. Ara joqghodu l-lejl kollu mqajmin u kultant fixxita u ma jarawx kif jistghu jikkoregu ruhhom.” Lil ommha kienet thobbha hafna u kienet tiehu hsiebha bil-mod zghir li kienet tista’ u tifhem. Dejjem zammet il-kwiet biex thalliha rieqda kemm tixtieq; lghaxqa taghha kien li tnewlilha l-ilbiesi meta ommha titlobha. L-aktar li kienet tiehu pjacir meta kienet ixxarrab limkartar ta’ ommha bilfwejjah. 6

[close]

p. 7

Ghodwa wahda, semghet lill-qaddejja tghid lil ommha : “Kemm hi grazzja kbira li ma gewx hawn.!” “Min, Janet?,” staqsiet Edith. “Il-hallelin, sinjurina,” wiegbet il-qaddejja, “dahlu fid-dar numru tmintax, il-lejl li ghadda u hadulhom il-fidda kollha u l-gojellerija tasSinjura,”kompliet bl-ahbar il-qaddejja. “Jekk il-hallelin jirnexxelhom jidhlu hawnhekk”, qalet omm Edith, ”nittama li hadd minna ma jismaghhom, ghalkemm qalbi tinqasam li johduli hwejgi. Li kieku kelli nqum bil-lejl u nara ma wicci halliel, nahseb li joqtolni. Zgur li nwerzaq bil-biza’ u ma nafx x’jasal biex jaghmel. U jekk qatt xi darba thabbat wiccek ma xi wiehed f’darna,” wissiet omm Edith lill-qaddejja u lil bintha, “ qatt tghajjat jew taghmel xi hoss. Ahjar li jisirqulek kollox milli joqtluk ghax twerzaq.” Edith baqghet impressjonata hafna b’dak il-kliem ta’ ommha u qaltilha: ” Ma, jiena ma ser inhalli lil hadd jahqrek jew ibezzghek. Nemmen li nista’ nippereswadihom biex ma jaghmlulekx hekk. Ghandi nifhem li anke halliel ghandu mohh biex jirraguna.” Ommha dahqet u linnocenza tat-tifla taghha nessietha dak il-biza’ kollu li hakimha, hekk li ftit mumenti wara bdiet tkanta dak li kienet semghet f’opera fitteatru. Min qatt kellu jghidilha li dik il-lejla 7

[close]

p. 8

stess Edith kellha thabbat wiccha ma’ halliel. Ftit qabel nofsinhar, missier Edith, wasal f’taxi id-dar u b’girja wahda tela’ fuq hdejn martu li kienet bilqieghda fil-kamra ta’ l-istudju. “Katie, ghaziza tieghi, jehtiegli li mmur Glasgow bit-train tal-hamsa u irrid nitfa’ xi hwejjeg fil-bagalja u nitlaq mill-ewwel.” “Oh Francis,” wiegbet l-omm, “ ma tantx qed niehu pjacir li ser thallini wahdi wara dak li sehh ghand il-familja Norris.” “Il-qaddejja qeghdin hawn,” qalilha zewgha,” u zgur li Edith tiehu hsiebek, Mhux hekk, Edith? Edith interessata fil-hallelin”, spicca jghidilha zewgha bid-dahqa. “Jiena zgura li Edith taghmel dak li hu possibbli u aktar mill-qaddejja. It-tlett qaddejja jorqdu fil-kamra ta’ fuq tad-dar meta inti tkun barra u anke jekk iqumu, kull ma jaghmlu hu li jwerzqu.” “Edith zgur li ma twerzaqx,” assiguraha Francis,” Edith taghmel xi haga erojka. Inhallik f’idejha.” Missier Edith kien qed jiccajta meta qal dan il-kliem, imma Edith ma qisitx dak li qal bhala cajta; kienet thoss ir-responsabilta’ li ommha hija taht ilkura taghha u dik kienet haga serja. Tant hasbet fuqha din il-haga li waqt l-ikla 8

[close]

p. 9

ma lissnet ebda kelma u tant kienet kwieta li ommha qaltilha: ” Ghaziza Edith x’inti tahseb? Kemm tidher serja?” “Qed nahseb fik, ma,” wegbitha bintha. Ommha tbissmet u hasbet kemm kellha bint li taf thobb. Resqet lejha u bisitha. Meta wasal filghaxija, Edith marret fil-kamra ta’ ommha ghaliex hi kellha torqod hemm. “Kuntenta li ghandi lilek bhala wens,” qalitliha ommha. “ Kont niddejjaq norqod wahdi f’din il-kamra kbira.” Ma tantx damet ma raqdet wara li dahlet fis-sodda. U Edith tatha harsa qabel ma hi ghalqet ghajnejha wkoll biex torqod. Wara ftit tal-hin it-tifla stembhet. Dik il-lejla naghasha kien hafif. Minn quddiem ghajnejha ghaddew bosta hsibijiet fuq missierha; kemm ibati biex izomm il-familja ferhana u komda, kemm qed jithabat biex jipprova jorqod fuq it-train, kemm kien jaqralha stejjer qabel ma torqod....imma mohha kien iffissat fuq il-hallelin. Dahlet mill-gdid fin-nghas meta ftit wara, hoss ta’ xi haga qajjimha minn nghasa hafifa. Kien hoss zghir hafna, izda stramb ghal dawk ilhinijiet li bhalu qatt ma kienet semghet. Ippruvat tahseb x’seta’ kien u fl-ahhar gieha l-hsieb li forsi kien xi hadd qed jawwar is-serratura b’xi hadida. 9

[close]

p. 10

Fehmet sew dak li kien qed jigri ghaliex kienet semghet lill-qaddejja tghid li biex dahlu fin-numru 18, il-halliel jew hallelin uzaw il-lima. “Dan zgur xi halliel u ser iqajjem lil ommi,” qalet bejnha u bejn ruhha. Li kieku kienet akbar fl-eta’ u kienet taf aktar fuq l-imgieba tal-hallelin, kienet tnissel aktar biza’ fiha, imma dak il-hin ma hasbitx fiha nnifsha, izda fuq ommha. Wara li hasbitha sew, malajr hadet decizzjoni li l-halliel ma kellux jaghmel hsejjes. “Immur isfel u nghidlu biex izomm il-kwiet kemm jista’

[close]

p. 11

jkun u nghidlu ghaliex ukoll.” Kienet haga stramba li taghmel hekk f’kaz bhal dan. Hija harget mis-sodda bil-mod il-mod biex ma tqajjimx lil ommha u nizlet isfel inkiss inkiss fuq ponot subghajha ta’ saqajha. L- isserar tal-lima kien waqaf u semghet passi fil-kcina u kif stqarret wara lgrajja, qalbha bdiet thabbat aktar bilghaggla. Waslet hdejn il-bieb tal-kcina u fethitu. Immagina kemm stghageb il-halliel li meta dar lura malli nfethat il-bieb, jilmah quddiemu tifla ta’ madwar tmien snin liebsa pigama bajda u miexja hafja u thares lejh b’harsa ta’ hbiberija. Kienet diga taf kif ser iggib ruhha quddiem ilhalliel. Kienet ser tkun edukata ghax kif hasbet hi, il-halliel ma jitnaffarx u juza wkoll l-edukazzjoni maghha wkoll. Barra minn hekk semghet lill-qaddejja tghid li dejjem tghaddi ta’ dak li jkun edukat.

[close]

p. 12

L-ewwel kliem taghha kien edukat kemm jista’ jkun. “Tibzghax, “ qaltlu b’vuci baxxa, “ Jiena ma jien ser naghmillek xejn. Gejt nitolbok favur.” Il-halliel tant stghageb li ma kellux kliem xi jghid. Nesa’ li kien halliel u x’gie jaghmel f’dik id-dar . Serrah dahru mal-hajt. Haseb li Edith kienet spirtu. “ Ara jiena mhu ser naghmillek ebda hsara. U anke kieku ridt naghmillek xi hsara dan jiena ma nistax naghmlu ghax jiena zghira wisq hdejk. Ghandi biss sebgha snin u ftit aktar. U anqas ser inwerzaq ghax inkellha nqajjem lil ommi. U dan li nitolbok, biex izzom il-kwiet.” Ghal dan il-kliem ta’ Edith, il-halliel baqa’ issummat u ma kienx jaf iwiegeb. Meta gie f’tieghu, il-halliel lissen xi kliem baxx u vulgari li Edith ma fehmitx. Inzerta li dak il-halliel kien wiehed minn dawk li qatt ma mar skola u edukazzjoni ma kienx jaf xi tfisser, precizament kien halliel kif kien iddeskriviet il-qaddejja Jane. Imbaghad beda’ jidhaq bla ma jaghmel hsejjes u biex juri lil Edith li kien ser jimxi max-xewqa

[close]

p. 13

taghha, pogga idejh quddiem halqu. “Iz-zghira ma hiex ser twegghani...hah... hah...ha,” qal b’dahqa il-halliel. “Isma’ sinjurina,” qalilha l-halliel,” ma nhiex ser ninkwieta lil hadd, anqas lill-qaddejja, ghalhekk ghaddejt mit-tieqa u mhux mill-bieb. Gejt naghmel bicca xoghol bil-lejl.” “Ara,” qaltlu Edith b’wicc ta’ serjeta’, “ Qieghda nara li inti ma gejt biex ticcajta bhalma kultant missieri jaghmel mieghi. Dak li rrid nghidlek hu dan: Il-Papa mar Scotland fuq xoghol, u l-qaddejja taghna ilkoll huma rieqda u ommi jekk tarak tant tibza’ li bil-qata’ timrad. Jekk inti bi hsiebek tisraq, aghmel dan bil-mod u fil-kwiet sabiex ma tqajjimhiex.” Il-halliel baqa’ issummat ghal dak li sema’ u ghall-ftit mumenti ma kienx jaf x’ser jaghmel. Fl-ahhar qalilha: “Ma hemmx zmien x’nahli.” “Sew qieghed tghid ma hemmx zmien x’tahli. Ommi tista’ tqum u meta tara li ma inhiex hdejha zgur li tqajjem il-qaddejja biex ifittxuni. X’ser tisraq l-ewwel?” “Ahjar tmur hdejn ommok, fuq,” wissieha l-halliel. Hsibijiet koroh u tal-biza’ bdew ghaddejjin bil-giri minn mohh Edith. Imbaghad qalet lill-halliel bil-kuragg: “L-ewwelnett qatt ma jmissek tisraq u tiehu dak li mhux tieghek u li ma hdimtx ghalih. Imma jekk inti diga ddecidejt li taghmel hekk, allura rrid nurik, fejn huma l-affarijiet li ghandek tiehu.” “Per ezempju?,” staqsa l-halliel.

[close]

p. 14

“Inti ma ghandekx tiehu ebda haga li hija ta’ ommi,” infurmathu Edith, ” ghaliex dawk kollha huma fil-kamra taghha u zgur li inti tqajjimha jekk tidhol f’kamritha u barra minn hekk li tisraqilha hwejjigha zgur li taqsmilha qalbha. Ma tistax tiehu l-affarijiet ta’ missieri li hu jzomm bhala gheziez ghalih. Halli nghidlek, tista’ tiehu dawk li huma tieghi.” “U xi hwejjeg ghandek, inti? ” staqsieha l-halliel. “Il-gizirana u l-arlogg li tani missieri u l-brazzuletti li tatni n-nanna. Dawn jiswew hafna flus. Sbieh hafna u xtaqt nilbishom meta nikber ftit iehor, imma tista’ tohdhom. ” Imbaghad hadet nifs kbir ‘l gewwa u kompliet: “Inti thobbhom il-kotba?” “Ma rridx kotba. Dawk ma ghandhix bzonnhom.” “Ahjar. Mela inzommhom ghalija. Immur fuq u ngib l-hwejjeg l-ohra?” “Le,” wegibha,” Oqghod fejn int jew ahjar oqghod fil-kcina sakemm nara x’ghandi naghmel.” Huwa ndikalha targa biex toqghod bil-qieghda fuqha u beda jiftah ilkxaxen wiehed wiehed, fejn haseb li kienu l-posati tal-fidda. Edith li kien qed issegwi kull pass tieghu qaltlu: “ Kurjuza l-bicca li inti taf fejn ghandek tfittex u li c-cavetta tieghek taqbel ma’ kullimkien.” “Tassew ,” wegibha l-halliel xott xott. “Dak rizultat ta’ l-edukazzjoni li hadt.” “Inti hadtha l-edukazzjoni tieghek?,” staqsietu Edith b’harsa ta’ sorpriza.

[close]

p. 15

“Tahseb li ma hadthiex?” “Insomma,” wegbitu Edith filwaqt li xtaqet li ma toffendihx, ” kliemek jinstema’ stramb, mhux tas-soltu.” “Skond kif thares lejha. Oxford u Cambridge ghandhom vokabularju differenti,” qalilha lhalliel. “Inti attendejt Oxford?” “U la Oxford u anqas Cambridge” Dahaq wahda qsira u deher li kien qed jiehu gost waqt li kebbeb xi frieket u mgharef talfidda go bicca drapp. “Nispera li dawn ma humiex mahsula bil-fidda, izda huma tal-fidda mastizz.” Hekk kif il-halliel fetah kexxun iehor qal xi haga minn taht li Edith ma fehimtux, imma kienet okazzjoni biex tistaqsih: “Allura n-negozju tieghek huwa wiehed tajjeb?”

[close]

Comments

no comments yet