ZJARA LILL-BAZILKA TAL-QALB IMQADDSA TA' GESU' - PARIGI

 

Embed or link this publication

Description

ZJARA LILL-BAZILKA TAL-QALB IMQADDSA TA' GESU' - PARIGI

Popular Pages


p. 1

1

[close]

p. 2

Il-Basilka tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’ gewwa Parigi, jew kif inhi maghrufa semplicement bl-isem is - ”Sacre Coeur” hija Basilka Kattolika Rumana Minuri. Hija tinsab mibnija fuq il-quccata ta’ Montmartre, lghola post fil-belt ta’ Parigi. Kienet disenjata minn Paul Abadie bil-bini jibda fis-sena 1875 u jintemm fis-sena 1914. Giet konsagrata wara li spiccat l-ewwel gwerra dinjija fis-sena 1919. L-ispirazzjoni ghal din il-Basilka nibtet f’Settembru 4, tas-sena 1870, id-data tal-proklamazzjoni tat-tielet repubblika, bid-diskors ta’ l-Isqof Fournier li rrifera ghat-telfa ta’ Franza fil-gwerra Franco Prussjana tas-sena 1870 bhala kastig mis-sema wara seklu ta’ dekadenza morali sa minn mindu sehhet ir-Rivoluzzjoni Franciza. Ghalkemm il-Basilka hija dedikata ad unur il-58,000 persuni li tilfu hajjithom matul il-gwerra, id-digriet ta’ Assemblée nationale, li jgib iddata ta’ 24 ta’ Lulju 1873 u li jirrispondi ghat-talba ta’ l-arcisqof ta’ 2

[close]

p. 3

Parigi billi vvota ghall-bini taghha, jispecifika car u tond it-“tpattija talhazen tal-Komun.” Billi fuq Montmarte sehhet l-esekuzzjoni ta’ bosta nies, l-arcisqof ta’ Parigi Guibert tela’ fuq Montmartre f’Ottubru tas-sena 1872 u jinghad li kellu vizjoni wara li s-shab gheb minn fuq ilpanorama: “ Huwa f’dan illok li mietu hafna martri (fosthom il-predecessur ta’ Guibert li miet martri ghall-knisja kattolika) u huwa hawn ukoll li il-Qalb Imqaddsa trid tirrenja sabiex isejjah lil kulhadd biex jersaq lejha. Biex il-holma ssehh il-parrocci kollha ta’ Franza kkontribwew. Ilprogett ha hafna zmien biex jitlesta. IL-BINI Ghaddiet ligi biex tigi esproprijata art fuq il-quccata ta’ Montmartre biex jibda’ il-bini tal-basilka. L-arkitett Paul Abadie ippjanta l-bini wara li rebah kompetizzjoni fuq aktar minn 77 arkitett iehor. Wara xi 3

[close]

p. 4

dewminen l-ewwel gebla tqieghdet fis-16 ta’ Lulju 1875. Hames snin wara sar dibattu fil-Kunsill fejn il-Basilka kienet imsejha “ provokazzjoni persistenti ghall-gwerra civili”. Id-dibattitu sahan sew dwar it-tkomplija tal-bini tal-basilka u sahansitra kien hemm min qal li kellha tkun annulata l-ligi tas-sena 1873 li kienet taghti drittijiet tal-propjeta’. Il-materja waslet filKamra tad-Deputati fis-sajf tas-sena 1882 fejn l-arcisqof Guibert iddefenda lbini tal-Basilka filwaqt li Georges Clemenceau argumenta li dan il-bini hu ta’ stigma ghar-Rivoluzzjoni. Il-ligi giet annulata, imma l-Basilka salvat minhabba teknikalita’. Sar attentat iehor biex iwaqqfu l-bini imma dan ma ghaddiex fis-sena 1897, meta l-parti kbira tax-xoghol fuq il-bazilka minn gewwa kien lest u s-servizz i go fija kienu ilhom isiru ghal sitt snin. Hafna elementi ta’ disinji fil-basilka jissimbolizaw temi nazzjonalisti”: il-portiku bi tlett arkati huwa mzejjen b’zewg persunaggi fuq iz-zwiemel, San Giovanni d’Arco u r-re San Lwigi IX, it-tnejn mahduma fil-bronz mill-artist Hippolyte Lefebvre; u l-qampiena Savoyarde li hi litqal wahda fid-dinja (tizen 19 il-tunnelata), mahduma fil-funderija fis-sena 1895 gewwa Annecy ghandha riferenza ghall-annessjoni ma’ Savoja fis-sena 1860. 4

[close]

p. 5

Il-Perit Paul Abadie miet ftit wara li tpoggiet l-ewwel gebla fis-sena 1884 u erba’ periti ohra dahlu minfloku biex ikomplu x-xoghol tieghu.: Honoré Daumet (1884–1886), Jean-Charles Laisné (1886–1891), HenriPierre-Marie Rauline (1891–1904), Lucien Magne (1904–1916), and JeanLouis Hulot (1916–1924). Il-Bazilka ma tlestietx qabel is-sena 1914, meta imbaghad nibtet il-gwerra. Il-knisja giet formalment dedikata fis-sena 1919 wara l-ewwel gwerra dinjija. Qabel ma bdew jidhru xi strutturi ‘l fuq mill-livel ta’ l-art diga’ kienu ntefqu madwar 7 miljun franki francizi, migbura minn donazzjonijiet privati. Kappella temporanja kienet konsagrata fit-3 ta’ Marzu 1876 u billi fiha kienet tilqa’ hafna pellegrinaggi, id-donazzjonijiet kienu nkuragjanti biex jiffinanzjaw l-kumplament tal-bini. Xi uhud kienu mhegga biex biddonazzjonijiet taghhom ihallsu xi kolonni jew xi gebel. Giet dikjarat mill-Assemblea Nazzjonali li l-istat kellu responsabilita li jiffinanzja lprogett. Sacré-Cœur hija mibnija minn gebla travertina maqtugha mill-barrieri ta’ Château-Landon (Seine-et-Marne), Franza. Din il-kwalita’ ta’ gebla ghandha l-vantagg li tibqa’ dejjem bajda anke fil-prezenza tal-klima u arja mniggsa. L-apside ghandu bicca xoghol fil-muzajk intitolata Kristu fil-Majesta’ Tieghu xoghol mahluq minn Luc-Oliver Merson u huwa wiehed fost lakbar fid-dinja. Il-kumpless tal-basilka ghandu gnien bil-funtana mahsub biex fih wiehed jimmedita. Il-quccata tal-koppla hija miftuha ghat-turisti u min jitla’ hemm fuq jista’ jgawdi panorama mill-isbah. Il-Bazilka tista’ tiftahar li tippossiedi orgni kbir u fin installat fis-sena 1905. 5

[close]

p. 6

L-adorazzjoni Ewkaristika hija haga ta’ kuljum u sa mis-sena 1885 din lqima lejna is-Sagrament ma qatghet qatt. Dehra minn fuq il-koppa tal-Basilka. Il-Bazilka f’inzul ix-xemx 6

[close]

p. 7

L-Abside li juri il-Maesta ta’ Kristu – xoghol fil-muzajk 7

[close]

Comments

no comments yet