GOURGION Għadd 57

 

Embed or link this publication

Description

Rivista Parroċċa Xewkija

Popular Pages


p. 1



[close]

p. 2



[close]

p. 3

1 GOURGION 2015 Editur: Editorjal Arċ. Carmelo Mercieca Mario Xerri Arċ. Mons. Carmelo Mercieca Maureen Sultana Kordinatur: Reklami: Fili tal-Kitba: Mitbugħ: 170 SENA Daqshekk ilha fostna l-istatwa artistika u devota tal-patrun tagħna, kapulavur ta’ Pietru Pawl Azzopardi. Niddubita jekk għad hemmx Xewki veru li għadu mhux konxju ta’ dan l-anniversarju! Fuq hekk ukoll ser issibu bosta artikli u riferenzi f’din il-ħarġa li għal sena oħra żammet 2 3 5 9 11 13 15 19 33 39 41 44 45 51 52 53 55 56 61 62 64 65 67 69 71 73 75 76 78 79 84 85 89 93 94 95 Disinn tal-Qoxra: Joseph Xuereb BCD Printing, Victoria - 21551050 Il-Messaġġ tal-Arċipriet Il-Messaġġ tas-Sindku Werrej l-appuntament magħkom il-qarrejja. Iżda mhux hekk biss. Grazzi għas-sehem sabiħ ta’ numru ta’ kontributuri għal darb’oħra qed noffru spazju għall-firxa wiesa’ ta’ dak kollu li jdur ma’ ġrajjiet il-parroċċa tagħna u mal-figura tal-Battista. Imma nerġgħu nitfgħu ħarsitna fuq Ġwanni. Huwa veru li l-ġmiel tal-istatwa jirrifletti sew fuq il-qdusija ta’ dan il-personaġġ li jgħaqqad iż-żewġ testmenti. Imma Ġwanni qatt ma fittex il-ġmiel estern. Ilkoll nafu l-istil ta’ ħajja li għex. Ġwanni qatt ma fittex lilu nnifsu u għax għamel hekk sab lilu nnifsu. Is-sbuħija tiegħu tirrifletti realtà ferm iktar profonda, tirrifletti bniedem koerenti mas-sejħu tiegħu. Nistħajjel lil Ġwanni jdur fuqek li qed taqra u jgħidlek: “Jekk tixtieq li nibqa’ nkun il-patrun tiegħek, kompli wettaq fiċċirkustanzi tiegħek, dak li wettaqt jien. Kompli uri lil Dak li wrejt jien lil dawk li tiltaqa’ magħhom. Kompli kun qasba li ma tixxejjirx ma’ kull riħ bħalma kont jien”. Kif stqarr il-Papa Franġisku, waqt li ddeskrivih bħala l-‘ikbar fost il-profeti’, Ġwanni hu mudell għall-insara tallum. Mela kemm aktar għandu jkun hekk għalina x-Xewkin! Ejjew nitfgħu ħarsitna fuqu, nisimgħu u nagħmlu tagħna l-virtujiet u l-valuri tiegħu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. B’hekk inkunu b’sinċerità intennulu: ‘Inti l-għaxqa taxXewkin! Nawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd. L-istatwa ta’ San Ġwann Battista - 170 sena fostna L-istatwa titulari ta’ San Ġorġ u ix-Xewkija L-għammiedi - 170 sena l-għaxqa tax-Xewkin Mastru Pietru Pawl Azzopardi Il-kobor ta’ San Ġwann Battista L-istazzjon tal-ilma fi Mġarr ix-Xini Il-Battista fit-tagħlim ta’ San Efrem is-Siro Pipe Organ Ġdid Program tal-Festa 2015 Poeżija: Lil San Ġwann Battista Il-Kult Antik lejn San Bartilmew San Ġwann fil-faċċata ta’ Pinu Ħidmet l-Għaqdiet Xewkin Teatru Ġovanni Soċjeta Filarmonka Prekursur Kumitat Żgħażagħ Brijużi Xewkin Għaqda Armar Xewkija Tigiers F.C. Xewkija Tigers Nursery Radju Prekursur Presepju tal-Ġebel f'dar fix-Xewkija Ħidmet l-Għaqdiet Xewkin Abbatini Leġjun ta’ Marija Azzjoni Kattolika MUSEUM Subien MUSEUM Bniet L-iskola ta’ raħal twelidi Ir-Relikwa ta' Id San Ġwann Poeżiji Niltaqgħu ma’ Jurgan Attard Nifirħu u Nawguraw Leħen il-Missjunarji Xewkin Mir-Reġistri tal-Parroċċa San Ġwann fil-Knisja ta' Portu Salvu Mid-Djarju tal-Parroċċa Il-predikazzjoni ta’ Isaija mat-tagħlim ta’ Ġwanni 25 Il-fehmiet li jistqarru l-awturi u l-kontributuri mhumiex neċessarjament dawk tal-Bord Editorjali. Ritratti: JJP Zammit (qoxra) u l-għaqdiet rispettivi. Korrispondenza: Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza San Ġwann Battista, Xewkija. Tel: 21556793 http://xewkijaparish.org

[close]

p. 4

2 Messaġġ tal-Arċipriet Mons. Carmelo Mercieca Il-Papa Franġisku, f’diskors li għamel it-Tnejn 24 ta’ Ġunju 2013 dwar San Ġwann Battista, qal hekk: Is-sens tal-ħajja ta’ San Ġwann kien dan: - Juri lil Ħaddieħor - Jitkellem fuq Ħaddieħor, jiġifieri fuq Kristu. Ġwanni .... qatt ma tkellem fuqu nnifsu, qatt ma fittex lilu nnifsu, qatt ma tkabbar bih innifsu, qatt ma ġibed lejh innifsu, qatt ma ppretenda xejn għalih innifsu. Permezz ta’ ĠWANNI għal għand KRISTU Jeħtieġ li jikber HU u niċkien jien. Ġwanni qatt ma tefa’ l-attenzjoni fuqu nnifsu, imma fuq Kristu. Qatt ma tefa’ l-importanza fuqu nnifsu imma fuq Kristu. Għax hu biss ‘raġel’ mhux il-Messija, bin Alla, għax hu biss leħen, mhux il-Kelma, għax hu biss il-musbieħ, mhux id-Dawl, għax hu biss il-bestman, mhux l-Għarus, għax hu biss il-ħabbar, mhux il-Mulej. Ġwanni qal ċar u tond: M’hiniex jien il-Messija. Ġej warajja wieħed li hu aqwa, ikbar u eqdes minni. “Ġej warajja wieħed li hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix inħollu l-qafla tal-qorq.” L-aqwa qima li nistgħu nagħtu lil San Ġwann. Bir-raġun li din is-sena, fl-okkażjoni tal-170 sena mill-miġja tal-istatwa, nifirħu bl-istatwa devota ta’ San Ġwann. Hu xieraq li nagħtuh qima. Iżda l-aqwa qima li nistgħu nagħtuh hi li nimitawh. Dak sebgħu l-werrej qed jurina u jrid iwassalna għand Kristu. “Ekku l-Ħaruf t’Alla.” Il-messaġġ ta’ San Ġwann kien u għadu l-istess: Kristu hu l-Ħaruf t’Alla Jien biss il-messaġġier, iżda l-persunaġġ ewlieni hu Kristu. Il-wiri ta’ mħabba li nuru lill-qaddis, għandha tkun indirizzata lejn ilQaddis tal-Qaddisin li hu Ġesù Kristu. Il-festa t-tajba lil kulħadd.

[close]

p. 5

3 Messaġġ mis-Sindku Paul Azzopardi Għeziez Xewkin, Għaddiet sena oħra u erġajt qed nikteb dan il-messagg fi żmien il-festa tal-patrun tagħna San Ġwann Battista, li din is-sena qed infakkru il-170 sena mill-miġja tal-istatwa tiegħu fil-parroċċa tagħna. Matul is-sena l-Kunsill kellu sena impenjattiva ħafna b’diversi xogħolijiet u attivitajiet. Fosthom qed isiru upgrading talplaying fields, tlesta l-proġett fi Ġnien ta’ Blankas u l-latrina talpjazza dalwaqt tiġi inawgurata. Għalkemm kien hemm diversi diffikultajiet li l-Kunsill ma kellux kontroll fuqhom, wara diversi tentativi għandi pjaċir ngħid li kien hemm qbil bejn il-partijiet kollha biex ix-xogħol jitlesta fix- xhur li ġejjin. Din is-sena l-Kunsill ser jerġa’ jorganizza l-Fiori d’Argenta fit-13 u l-14 ta’ Ġunju. Nappella lir-residenti kollha biex jattendu dawn l-attivitajiet li jiġu organizzatti. Nirringrazzja lil sħabi l-Kunsilliera, lis-Segretarja Eżekuttiva u lill-ħaddiema kollha talKunsill. F’dawn il-jiem tal-festa, ringrazzjament speċjali jmur lil kull min jagħti s-sehem tiegħu biex il-festa tagħna tkun suċċess. Nixtieq nirringrazzja wkoll lil Dr Monica Vella tas-servizz li tat lir-raħal tagħna matul is-snin u jien flimkien ma sħabi l-kunsilliera nawgurawlha fil-ħatra l-ġdida tagħha. Filwaqt illi nselli għalikom, f’ismi bħala sindku tax-Xewkija u f’isem sħabi l-kunsilliera nawguralkom il-festa t-tajba. Viva San Ġwann il-Battista. Paul Azzopardi Sindku Ħajr yy Ħajr lill-Onor. Dr Anton Refalo, Ministru għal Għawdex li fuq l-iniżjativa tiegħu saret l-installazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ dawl tal-Koppla. yy Ħajr lil Dr Ray Bondì, ċittadin onorarju ta’ Ragusa għall-kuntatti tiegħu mal-belt ta’ Ragusa biex il-Miġja tar-Relikwija saret possibbli. yy Ħajr lis-Sindku is-Sur Paul Azzopardi u l-Kunsillieri flimkien mal-istaff tal-Kunsill Lokali għall-ħidma tagħhom fit-tħejjijiet għall-festa. yy Ħajr lill-kleru u lill-Kumitati kollha u lill-Banda Prekursur għall-ħidma kontinwa tagħhom.

[close]

p. 6

4 Jistednuk tasal wasla sa l-ikbar hardware Store fix-Xewkija, G]awdex Francis Caruana Ltd. The - One Stop Shop g]all-mastrudaxxi, bajjada, ka]]ala u electricians ta’ g\iritna Fejn issibu dak kollu li te]tie[u g]ad-dar f’Ambjent spazju\ Bi Prezzijiet tassew moderati Issibuna fi Triq Taflija, Victoria Tel: 2155 6248 jew 2155 2993 Mob: 9982 1650 Motor Mechanics General Repairs & Importers of * Engines * Vehicles * Agricultural Machinery ‘Sunrise’, Tal-Hniena Road Xewkija Gozo, Malta Qalfat Tel: 21 551400 Mob: 7906 9479 7955 8594 100, Soil Street, Xewkija, Gozo. Tel: 2156 1409 Carmel Azzopardi Director 107, Europe Street, Victoria, VCT 111, Gozo. Tel: 2156 4110 Tel/Fax: 2155 3715 OPENING HOURS: 7.30a.m. - 6.30p.m. Spare Parts Sales for All Cars Sea View Appartments For Rent in Marsalforn “John-Joyce” Majmuna Street, Xewkija - Gozo Tel: 2156 1116 Mob: 9948 6972

[close]

p. 7

5 L-Istatwa ta’ San Ġwann Battista 170 sena fostna Kitba ta’ Dun Geoffrey G. Attard L-għożża ta’ kull parroċċa fil-gżejjer tagħna ta’ Malta u Għawdex hija ċertament ix-xbieha talqaddis patrun jew patruna li ta’ kull sena tinħareġ proċessjonalment sabiex iddur mat-toroq tal-belt jew raħal fejn din tkun meqjuma. Għalkemm fil-gżira ta’ Malta l-idea ta’ statwa titulari kienet diġà bdiet fil-bidu tas-seklu tmintax, f ’Għawdex kellha tkun is-sena 1839 li tiftaħ il-bieb għallistatwi titulari. Il-parroċċa tax-Xewkija għandha l-unur li tgħid li mhux biss kienet l-ewwel waħda li kisbet l-istatus ta’ parroċċa fil-gżira Għawdxija u għalhekk hija f ’sens wiesa’ t-tieni parroċċa ta’ Għawdex imma kienet ukoll it-tieni waħda li kellu jkollha l-istatwa titulari tagħha. Il-parrokat ta’ Dun Nikola Vella pesta f ’Malta; dan għaliex hu kien wissa lill-gvern lokali sabiex jagħmel għassa ħarxa ma’ Għawdex ħalli l-pesta ma tagħmilx straġi fil-gżira tat-tliet għoljiet. Għalkemm il-pesta kienet ikkontrollata xorta waħda kienu mietu 104 persuna. Dun Nikol Vella ħa f ’idejh it-tmexxija tal-parroċċa wara l-mewt tal-predeċessur tiegħu Dun Franġisk Mizzi fis-sena 1803. Hu dam kappillan sal-1850 jiġifieri dam b’kollox 47 sena. Patri Serafin Borg ma jsemmi xejn dwar il-wasla tal-istatwa ta’ San Ġorġ Martri għall-parroċċa tar-Rabat fi triqitha lejn id-destinazzjoni tagħha. Tradizzjoni orali li baqgħet hi li din l-istatwa, xogħol Pietru Pawl Azzopardi twasslet Għawdex fl-1839. Kan Dun Nikol Vella Apap kiteb dwar dan u jgħid li l-istatwa twasslet fuq l-ispalla sar-Rabat akkumpanjata missnieter tal-kaċċaturi wara li kienet waslet permezz ta’ karettun sal-knisja tal-Madonna tal-Ħniena fix-Xewkija.3 Il-Knisja tal-Ħniena Il-Knisja ta’ San Bartilmew Appostlu magħrufa wkoll bħala tal-Ħniena kellha tilgħab rwol importanti b’rabta mal-wasla tal-ewwel żewġ statwi titulari ta’ Għawdex. Dan għaliex nhar it-22 ta’ Ġunju 1845 il-poplu tax-Xewkija feraħ meta bit-tħabrik tal-Kappillan Dun Nikol Vella laqa’ f ’nofsu l-istatwa ta’ San Ġwann maħruġa minn zokk ta’ siġra mill-iskultur magħruf Pietru Pawl Azzopardi. It-traslazzjoni tal-istatwa saret mill-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena għall-Knisja tax-Xewkija.4 Borg jgħid li dakinhar kien preżenti wkoll il-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Sannat Dun Alessandru Cauchi. M’hijiex magħrufa r-raġuni għalfejn kien preżenti; wieħed jimmaġina li seta’ Dak li nafu dwar il-kappillan tal-istatwa titulari kien mistieden speċjali minħabba l-qrubija fiżika Dun Nikola Vella nafuh permezz tar-riċerka taż-żewġ irħula. xjentifika tal-Agostinjan wild ix-Xewkija Patri Serafin Borg OSA. Dun Nikol Vella twieled l-Għarb L-istatwa nħarġet proċessjonalment għallf ’Għawdex nhar is-17 ta’ April 1765, iben Pawlu ewwel darba jumejn wara l-wasla tagħha li allura u Evanġelista mwielda Gauci1. Wara li ġie ordnat ħabat il-jum tas-solennità 5 liturġika tat-Twelid saċerdot fit-13 ta’ Diċembru 1790 inħatar vigarju- tal-Għammiedi, l-24 ta’ Ġunju 1845. San Ġwann kurat tal-parroċċa tax-Xewkija fit-12 ta’ Ġunju jidher qed jiddirieġi lil min iħares lejh lejn Ġesù 18032. Dun Nikol Vella kien għamel isem għalih Kristu, il-Ħaruf t’Alla li tiegħu ġie jħejji t-triq u dan minħabba l-att erojku marbut mal-wasla tal- jagħmlu b’idu l-leminija. Wieħed jasal għal din il-

[close]

p. 8

6 minn zokk ta’ siġra taż-żebbuġ. Fit-22 ta’ Ġunju 1845 inġabet f ’purċissjoni millknisja tal-Ħniena għall-Knisja Parrokkjali. Bit-tħabrik ta’ Salvatore Mercieca nħadmu l-pedestall u l-bradella minn Pawlu Bugeja fl-1889. Il-vara ġiet miżbugħa mill-pittur Ġ. Briffa fl-1943 u l-prokuratur ta’ dak iżżmien Dun Franġisk Debono ħallas l-ispiża ta’ Lm 20. Fl-1949 iżżanżnu erba’ vażuni tal-fidda mastizz f ’għamla ta’ kannestrini għal madwar il-vara, xogħol tal-artist fiċ-ċiżell ta’ Lawrenz Pace Ferand fuq iddisinn u t-tmexxija ta’ Lawrenz Zammit Haber. L-ispejjeż ħallashom Wiġi Saliba wara tħabrik ta’ Dun Karm Azzopardi. Id-djadema tad-deheb fuq ras il-vara tal-Qaddis ħadimha l-induratur Pirotta u żżanżnet fil-21 ta’ Ġunju 1961. L-ispiża telgħet għas-somma ta’ £180 u ġabarhom Pawlu Grech.6 Ispirazzjoni artistika Naħseb li ma nkunux ġusti mal-istorja ta’ din l-istatwa hekk artistika jekk ma nsemmux li Pietru Pawl Azzopardi kien ispirat minn biċċa xogħol artistika oħra fil-ħidma tiegħu fuq l-istatwa ta’ San Ġwann li ħadem għall-parroċċa tax-Xewkija. Filfatt, Azzopardi kien ispirat mill-figura ta’ Ġesù fix-xbieha ta’ Ġesù u Marija li kien ħadem l-istatwarju Malti Sigismondo Dimech. Sabiex ma nnaqqas xejn mill-istoriċita’ tal-ġrajja u fl-istess ħin ma ntellef xejn mill-oġġettivita’ tagħha nixtieq li minflok nikteb jien, nikkwota dak li diġà nkiteb dwar dan is-suġġett: A curious anecdote states that when in 1845 the Maltese sculptor Pietro Paolo Azzopardi was working on the statue of konklużjoni peress li l-kitba li tidher fuq is-speċi ta’ żigarella mdendla mas-salib tgħid: ‘Ecce Agnus Dei’ – Dan hu l-Ħaruf ta’ Alla. L-istatwa titulari Nistgħu ngħidu bla periklu li niżbaljaw li l-istatwa titulari ta’ San Ġwann Battista hija fost l-aktar artistiċi mhux biss f ’ Għawdex imma fil-gżejjer Maltin kollha. L-iskultur Pietru Pawl Azzopardi huwa magħruf għall-ħlewwa artistika tal-istatwi li skolpixxa, ħafna minnhom fl-injam. F’Għawdex stess kien ħadem ukoll l-istatwi tal-Imperatriċi Santa Elena u San Makarju għallKnisja tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali tar-Rabat (Għawdex) u ħadem ukoll il-Kurċifiss devot għall-Parroċċa ta’ San Ġorġ. Filġabra ta’ studji qosra dwar l-istatwi titulari ta’ Malta u Għawdex, Joseph Grech qal dan il-kliem dwar San Ġwann tax-Xewkija: I l - va r a t a’ S a n Ġ w a n n Battista nħadmet milliskultur Pietru Pawl Azzopardi (1791-1875)

[close]

p. 9

7 St John the Baptist for the parish of Xewkija, he sought permission to copy the facial features of Dimech’s Jesus and in exchange donated to the church a set of wooden candlesticks. Whatever what one may make of this story, the similarity between the two statues is remarkable7. Konklużjoni L-istatwa ta’ San Ġwann Battista meqjuma fil-Knisja Arċipretali u Rotunda tax-Xewkija, l-ewwel parroċċa f’Għawdex imwaqqfa ’l barra mis-swar il-qodma tal-belt antika tar-Rabat bil-Kastell tagħha, u filfatt l-ewwel parroċċa mwaqqfa b’digriet formali, m’għandha bżonn ta’ ebda apprezzament artistiku għax il-ġmiel artistiku tagħha jitkellem waħdu. Nistħajjel li wieħed jista’ jgħid għaliha dak li Michelangelo Buonarroti stqarr kif lesta l-famuż Mosè li llum jinsab meqjum fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Ktajjen (San Pietro in vincoli) jiġifieri: ‘Issa tkellem’.8 L-istatwa ta’ Ġwanni l-Għammiedi hija tassew kapulavur artistiku fih innifsu. Jalla kull min isib lilu nnifsu jħares lejn ixxbieha tas-sema, ma jonqos qatt fih is-sens ta’ stagħġib imqaddes li waħdu jista’ jwassalna sabiex nikkontemplaw il-qdusija u l-qlubija ta’ dan il-qaddis martri li sabiex jiddefendi l-qdusija tar-rabta taż-żwieġ u l-veritajiet tas-sema ma ħasibhiex darbtejn biex ixerred demmu kollu għal Kristu. (Riferenzi) 1 2 5 Joseph Bezzina, Parish Titular Statues In Gozo (=Gaulitana 5), Bugelli; Valletta, 1987), 33. 6 Joseph Grech, Vari ta’Malta u Għawdex (PEG; Malta, 1998), 94. 7 Pawlu Mizzi, Malta Insight Heritage Guides. St George’s Basilica and its Il-Ħaġar Museu, Victoria, Gozo (Heritage Books with the collaboration of Fondazzjoni Belt Victoria), Malta 2014, 34. 8 Ara http://100swallows.wordpress.com/2010/02/05/ michelangelo-smashed-his-pieta-to-pieces/ aċċessjat nhar it-Tlieta 3 ta’ Frar 2015. Serafin Borg, Ix-Xewkija Fi Ġrajjiet Il-Kappillani U L-Arċiprieti Tagħha (Progress Press; Malta, 1978),19. Serafin Borg, Ix-Xewkija Fi Ġrajjiet Il-Kappillani U L-Arċiprieti Tagħha (Progress Press; Malta, 1978), 19. 3 Awturi Diversi, ‘San Ġorġ. L-Ewwel Statwa Titulari ta’ Għawdex, editjat minn Francesco P. Attard, Pubblikazzjoni tal-Kumitat Storiku Kulturali Bażilika San Ġorġ, Malta 2014, 59. 4 Serafin Borg, Ix-Xewkija Fi Ġrajjiet Il-Kappillani U L-Arċiprieti Tagħha (Progress Press; Malta, 1978), 23.

[close]

p. 10

8 Pan Pizza, Pasta & Home-made Cooking Twanny St. Joseph Square, Qala, Gozo. Tel: 21556242, Mob: 794207014 D-Bar Cafe Sunscope Travel Xlendi Seafront, Gozo - Malta. Tel: (00356) 2156 1518 Mob: (00356) 7925 3255 Email: mobydickxlendi@gmail.com Member Service, Taxis, Jeep Safari, Transfers Tel: 21341 270 Fax: 21341 901 Bu[ibba Hairdressing Sonia Xerri “Mt.Carmel” Mgarr Road, Xewkija, Gozo. Tel: 21553090, 21563031 TEL: 2155 3352, 2156 2211 FAX: 2156 2211 Mob: 9949 5001, 7956 4861

[close]

p. 11

9 L-istatwa titulari ta’ San Ġorġ u r-raħal tax-Xewkija Kitba ta’ Francesco Pio Attard L-istatwa titulari ta’ San Ġorġ ġiet imnaqqxa flinjam, fl-istil NeoKlassiku, milliskultur Pietru Pawl Azzopardi (1791-1875), millBelt Valletta, qabel l-1839. Hi ġiet ikkummissjonata għall-Parroċċa ta’ San Ġorġ tarRabat ta’ Għawdex bħala ex-voto wara grazzja ta’ fejqan m i l l - m a rd a t a l kolera li kienet qed thedded il-gżira. San Ġorġ kien l-ewwel statwa titulari li nħadmet biex tinġarr f’purċissjoni titulari fil-gżira ta’ Għawdex. Ġiet ikkummissjonata fi żmien l-Arċipriet tarRabat Fortunato Cutajar (1822-1847). Azzopardi, aljev bravu tal-imgħallem Mariano Gerada u artist tal-ħila fl-iskultura talinjam, kien diġà spikka għal xi statwi li ħadem f ’Malta, bħall-Madonna tar-Rużarju ta’ Bormla u l-Marbut tal-knisja ta’ Ġieżu tal-Belt. Kien aktarx xi jiem qabel il-festa liturġika ta’ San Ġorġ f’April 1839 li l-istatwa waslet Għawdex. Għalkemm ma għandna l-ebda dokumentazzjoni ċara b’dettalji tal-wasla tagħha, imma hu magħruf mil- Libro Esito talBażilika ta’ San Ġorġ li hi kienet diġà għall-qima f’niċċa fil-knisja f’dik is-sena, u Azzopardi xi ftit wara tħallas għal xi xogħol ieħor fuqha. Dak li ma nsibux irrakkuntat bilkitba, tgħidhulna t-tradizzjoni qawwija li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra fuq fomm il-poplu. Din tfakkar kif l-istatwa nġabet minn Malta għal Għawdex fuq id-dgħajsa tallatini ta’ Franġisku Schembri, magħruf bħala tadDeredej, mir-Rabat ta’ Għawdex. Dan Ċikku kien imbagħad ġab bl-istess mod il-Kurċifiss tal-Vara l-Kbira għall-istess knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ, minquxa minn Azzopardi wkoll fl-1848. L-istatwa ta’ San Ġorġ rifset Għawdex merfugħa f’kaxxa li tgħabbiet fuq dahar il-bhejjem sar-raħal tax-Xewkija. Fil-knisja ta’ San Bert, magħrufa aħjar bħala Tal-Ħniena, jingħad li l-kaxxa bdiet tiżżarma u minnha nħarġet l-istatwa, li minn hemm ’il quddiem inġarret fuq l-ispallejn, l-ewwel għall-Pjazza tal-knisja parrokkjali tax-Xewkija u mbagħad għar-Rabat. Fit-triq lejn ir-Rabat, ilkaċċaturi ħarġu bis-snieter tagħhom jisparaw tiri tal-okkażjoni fl-arja. It-tradizzjoni tkompli tirrakkonta kif il-poplu Xewki, flimkien mal-Kappillan tiegħu, ħareġ bi ħġaru biex jara l-istatwa li kienu ordnaw ilĠorġjani Rabtin. Tant għoġobhom dak li raw u ntlaqtu daqshekk mis-seħer u l-ġmiel talkapulavur ta’ Azzopardi, li fis tħajru jibdew il-proċess biex ilparroċċa tagħhom ukoll tordna mingħand l-istess artist xbieha titulari proċessjonali, kif fil-fatt seħħ fl-1845. Rabta interessanti ta’ din l-istatwa titulari tal-Battista mal-knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ hi li meta Azzopardi ried inaqqax wiċċ San Ġwann, hu tnebbaħ minn dak ta’ Kristu fl-istatwa ta’ Ġesù u Marija (Sigismondo Dimech, c. 18021807) meqjuma fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ. Biex qala’ l-permess, hu offra li jnaqqax għal dik il-parroċċa sett gandlieri tal-injam il-ġmiel tagħhom, li għadhom jitgawdew sal-lum il-ġurnata fil-jiem talFesta Titulari f’Lulju.

[close]

p. 12

10 Angelo Auto Dealer (Tal-Majru) M A RI O ’ S REN T - A C A R TAXI & MINI-BUS SERVICE 70, Mannar Street, Xaghra XRA 104, Gozo, Malta Tel: 21557242 Fax: 21561827 Mob: 9943 5778, 9949 5778 Angelo Spiteri Mgarr Road, Xewkija, Gozo. Tel: 21 558 956, 21 560 703 Mobile: 9949 9394 aquarium, pet & garden centre TROPICAL FOREST M[arr Road, Xewkija, Gozo - Malta. Tel: 2156 3805 Mob: 9986 4255 Salvu Cassar Auto Parts Commercial Sales Engines and Parts Kull tip ta’ Magna tal-Ġappun u tal-Ingilterra Fortunato Mizzi Str Għajnsielem, Gozo Tel: 21556674 Mob: 79475746, 79710384

[close]

p. 13

11 Riċensjoni: L-Għammiedi 170 sena l-għaxqa tax-Xewkin Anthony Grech Il-qoxra tal-ktieb ‘L-Għammiedi – 170 Sena l-Għaxqa tax-Xewkin’ Dan hu l-isem ta’ ktieb ġdid li ġie ppubblikat biex ifakkar il-170 sena mill-miġja tal-istatwa titulari ta’ San Ġwann Battista fir-raħal tax-Xewkija. Dan il-ktieb jikkonsisti fi tliet taqsimiet prinċipali. Flewwel taqsima, il-kittieb u r-riċerkatur Grazio A. Grech, jagħti deskrizzjoni storika tal-festa u t-tempji li kellu l-Battista fix-Xewkija matul il-medda tas-snin. Grech isemmi wkoll diversi dettalji oħra marbuta ma’ San Ġwann Battista fix-Xewkija. Ma’ din il-kitba wieħed isib għadd mhux ħażin ta’ ritratti antiki u anke dokumenti. Fit-tieni taqsima nsibu analiżi artistika dettaljata tal-istatwa tal-Battista minn Paul Cassar, gradwat fl-istorja tal-arti. F’din id-deskrizzjoni Cassar jagħti wkoll tagħrif dwar xi simboli li hemm fuq l-istatwa tal-Battista. It-tielet taqsima tinkludi dokumentazzjoni fotografika tal-attivitajiet festivi, kemm interni u anke esterni, li jsiru matul il-jiem tal-festa ta’ San Ġwann Battista fix-Xewkija. Il-fotografu Anthony Grech jiġbor din id-damma ta’ avvenimenti, jum b’jum, permezz ta’ għadd ta’ ritratti bil-kulur. Żgur li dan il-ktieb storiku ta’ tifkira m’għandux jinteressa biss lill-poplu tax-Xewkija, imma lil kull minn iħobb il-Melitensia, u kull minn hu dilettant jew studjuż tal-istorja jew tal-festi Maltin. Hu ukoll ktieb li jista’ jingħata bħala rigal anke lill-ħutna l-emigranti. Għalhekk inħeġġiġkom sabiex takkwistaw kopja ta’ dan il-ktieb uniku sabiex jibqa’ memorja dejjiema f’din l-okkażjoni hekk importanti għax-Xewkin. NENU STORE 2, Mgarr Road, Xewkija VCT 111 Tel: 21555314 Mob: 79923661

[close]

p. 14

12 Ta’ Bendu For Fresh Chickens Daily Eggs and Rabbits Guest House & Pizzeria Bar & Restaurant Electra Moderate prices Marsalforn Bay, Tel: 21 556 196 21 555 666 Mob: 9984 5528 www.electraguesthouse.com Ta’ Bendu, ‘Famhouse’, Mgarr Road,Victoria, Gozo Trade Enq. Tel. 27551043 Mob: 9946 9499 Ice Cubes & Flakes

[close]

p. 15

13 Mastru Pietru Pawl Azzopardi L-Artist li 170 sena ilu naqqax fl-injam l-Istatwa ta’ San Ġwann Battista f’għeluq il-140 sena minn mewtu Kitba ta’ Vicyana Xerri u Claudio Vella Il-ħajja personali tiegħu Pietru Pawl Azzopardi twieled fil-belt Valletta fl-20 t’April 1791. Huwa kien it-tielet wild ta’ Antonio Azzopardi u Maria neè Camilleri. Ġie mgħammed fil-knisja ta’ San Pawl Nawfragu l-Belt Valletta fejn tawh l-ismijiet ta’ Salvatore, Giuseppe, Petrus Paulus u Jeremias, imma bdew isejħulu Pietru Pawl. Missieru, Antonio, kien minn Bormla u ommu kienet mill-Floriana u żżewġu fil-knisja ta’ San Publiju l-Floriana li kienet tagħmel parti mill-parroċċa ta’ San Pawl tal-Belt. Wara ż-żwieġ tagħhom, il-familja Azzopardi marret toqgħod Bormla. Ftit nafu fuq it-tfulija ta’ Pietru Pawl. Hu attenda l-iskola sekondarja u jekk wieħed jikkunsidra dawk iż-żminijiet, Pietru Pawl kien jaf jikteb u jaqra. Hu żgur li sa minn dejjem wera ħila għall-arti. Ta’ 17-il sena tilef lil missieru u sa minn dik l-età tenera kien diġà beda juri x-xewqa li fil-futur isir skultur. Pietru Pawl iżżewweġ lil Giovanna Roża Camilleri minn Bormla fil-knisja tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla fil25 t’Ottubru 1817 u hemm fetaħ il-bottega tiegħu. Minn dan iż-żwieġ kellhom sitt ulied li minnhon għexu biss tlieta. Dawn kienu Savatore, li twieled fl1824, Maria Konċetta li twieldet fl-1826 u Giuseppe li twieled fl-1830. Martu Giovanna Roża mietet fit-22 ta’ Diċembru 1833 (waqt li kienet twelled tarbija) fl-età żagħżugħa ta’ 37 sena. Pietru Pawl ma setax ikompli jrabbi t-tliet uliedu żgħar waħdu li kienu ta’ bejn disa’ u tliet snin. Għalhekk iżżewweġ lil Antonia Attard fil-5 ta’ Mejju 1836 fil-knisja talPorto Salvo fil-Belt Valletta. Minn dan iż-żwieġ ma’ kellux tfal. Fl-1857, Pietru Pawl Azzopardi mar jgħix il-Belt Valletta fid-dar numru 7, Strada Ponente fejn nhar it-13 ta’ Frar 1864 tilef ukoll lit-tieni mara tiegħu li ġiet midfuna fil-knisja ta’ Ġieżu l-Belt. Il-karrieri artistika tiegħu Pietru Pawl kien aljiev ta’ Mariano Gerada magħruf ukoll bħala ‘il-Marjani’. Mariano ġab din issengħa minn Valenzia fi Spanja, meta kien għadu żagħżugħ. F’Valencia, Mariano kien student ta’ José Esteve Bonet. Pietru Pawl Azzopardi kien membru fl-akkademja ‘Corpo delle Belle Arti del Desegno’. Minn publikazzjoni ta’ Castagna, Pietru Pawl hu msemmi li kien skultur għar-re Ferdinandu II ta’ Spanja. Dan juri li Pietru Pawl kien kiseb fama artistika kbira u allura skultur-artist ta’ kalibru kbir. Għalkemm Pietru Pawl kien bniedem ħawtiel u bieżel, kien umli u ma tantx kien iħobb jidher. Skont l-istess storiku (P.P. Castagna), Pietru Pawl beda l-karriera tiegħu jiskolpixxi puleni għalliġfna. Hu kien jiskolpixxi ukoll fil-ġebla maltija. Il-biċċa l-kbira tal-istatwi li skolpa u żebagħ Pietru Pawl, kienu fuq disinn tiegħu stess, u l-akbar numru ta’ statwi tiegħu nsibuhom skolpiti fl-injam. Ix-xogħlijiet tiegħu L-ewwel statwa li ħadem kienet statwa tar-Redentur, li Pietru Pawl skolpa fl-1808 fil-ġebla Maltija, għall-kappella ta’ Santu Rokku f ’Ħal Għaxaq u fl-1816 skolpa statwa ta’ Santa Katerina, ukoll fil-ġebel li tinsab f’niċċa fi triq fiżŻurrieq. Fl-1825 Mastru Pawl ndura biddeheb, l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja ta’ Ħaż-Żabbar, opra li kien ħadem Mariano Gerada. Fl- (1791-1875) Impressjoni artistika ta’ Claudio Vella

[close]

Comments

no comments yet